Grupp ta’ plejers mill-iskwadri ta’ taħt il-15 u s-17-il sena ta’ Floriana FC jinsabu fi Sqallija fejn se jkollhom ġimgħa ta’ taħriġ fil-pajjiż ġar tagħna.
Matul din il-ġimgħa, fejn se jkunu qed jitħarrġu f’wieħed mill-aqwa ċentri sportivi fl-Ewropa, l-iSport Hotel Torre del Grifo, iż-żgħażagħ Maltin se jkollhom ukoll logħob ta’ ħbiberija kontra skwadri tal-istess eta’ ta’ Calcio Catania.
Illejla, il-coaches tagħhom David Vella (li hu l-Head Coach ta’ Floriana F.C. Nursery) kif ukoll Darren Farrugia saħansitra se jkunu l-mistiedna tal-programm FuoriGioco.
